Il-Kunsill Lokali Pembroke Malta beda uffiċċjalment ir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Pembroke Town minn Wales nhar iT-Tlieta 20 ta’ Novembru 2001. Dakinhar il-Kunsill Lokali Pembroke Malta iffirma ftehiem ta’ ħbiberija u koperazzjoni mal-Kunsill ta’ Pembroke Town minn Wales. Dan il-ftehiem kien il-bidu ta’ paġna storika għal-lokal tagħna. Saru diversi komunikati wara din id-data liema kommunikazzjonijiet waslu sabiex isir kuntatt ukoll ma’ Pembroke Dock Town f’Wales ukoll. Dawn it-taħdidiet taw il-frott tagħhom meta nhar l-Erbgħa 20 ta’ Frar 2002 hawn Malta ġie ffirmat il-ftehiem ta’ Ġemellaġġ ma’ Pembroke Dock Town minn Wales. Dan il-ftehiem ġie ffirmat mis-Sindku Joe Zammit għan-nom tal-Kunsill Lokali Pembroke Malta u mis-Sindku Donald Esmond għan-nom tal-Pembroke Dock Town Council minn Wales. It-taħdidet ma waqfux hawn għax ftit anqas minn xahar wara, eżattament nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2002 gie ffirmat il-ftehiem ta’ Ġemellaġġ ma’ Pembroke Dock Town minn Wales ukoll. Dan il-ftehiem reġa’ ġie ffirmat mis-Sindku Joe Zammit għall-Kunsill Lokali Pembroke Malta u mis-Sindku Aden A. Brinn għan-nom tal-Pembroke Town Council minn Wales.
Il-pass li kien imiss kien li dawn iż-żewġ dokumenti jiġu ratifikati u ffirmati f’Wales. Dan il-pass u mument storiku wasal nhar it-3 u l-4 ta’ Mejju 2002 meta delegazzjoni mill-Kunsill Lokali Pembroke Malta żaret Wales u ġew iffirmati dawn iż-żewġ dokumenti barra minn Malta biex b’hekk fit-3 ta’ Mejju 2002 ġie konkluż il-Ġemellaġġ ma’ Pembroke Dock Town u l-għada l-4 ta’ Mejju ġie konkluż l-iffirmar tal-Ġemellaġġ ma’ Pembroke Town f’Wales.
Dan l-iffirmar kien il-bidu ta' parti mill-istorja moderna ta' Pembroke Malta fejn illum il-ġurnata hemm proġetti u prospetti sbieħ għal dawn it-tlett lokalitajiet.
Il-lokal ta' Pembroke Malta huwa l-uniku lokal f'Malta li għandu Ġemellaġġi ma' lokalitajiet li għandhom l-istess isem b'rabtiet storiċi li jmorru lura diversi snin.
Fit-3 ta' Lulju 2006, ġie ffirmat ftehim ta' Ġemellaġġ ieħor mal-Comune di Roccalumera fil-Provinċja ta' Messina fi Sqallija.
|
|