|
Suffolk Road, Pembroke STJ 14.
Għal dawn l-aħħar tlettax il-sena, l-Assoċjazzjoni tal-BMX, ħadmet ħafna għal dan l-isport daqshekk eċitanti. Dan huwa l-uniku post fejn jiġi prattikat is-sewqan tal-BMX, ta’ l-In-line skating u ta’ l-iskateboard f’Malta.
Apparti mit-tlielaq fit-trekk, aħna norganizzaw rigbiet, demostrazzjonijiet u wirjiet bil- freestyle, fejn wieħed jista’ jammira t-talenti ta’ ħafna minn dawk li huma reġistrati bħala membri u l-isforz li sar fix-xogħol ta’ konstruzzjoni biex seta’ jsir park bħal dan. Jiġu organizzati attivitajiet għat-tfal żgħar li jibdew minn sitt snin. Attivtajiet oħra bħal kompetizzjonijiet u fun rides jiġu organizzati għan-nies akbar u b’aktar esperjenza.
Sezzjonijiet ta’ training huma mogħtija wkoll minn instructors b’esperjenza (Kemm fil-BMX kif ukoll f’in-line skating).
Fit-trekk tal-BMX issib ukoll park mammar b’ħafna faċilitajiet ta’ l-in-line skating u ta’ l- iskateboard.
Aħna nemmnu li qegħdin nagħtu lit-tfal ta’ llum, ċans li jespandu l-esperjenzi tagħhom, f’ dawn l-isports u ngħinuhom biex ma jsuqux fit-toroq u hekk jibqgħu lura minn ħafna perikli.
|