L-iskola ta’ St. Catherine bdiet tiffunzjona fl-aħħar tas-sena 1909 minn Dott. Enrico W. Cortis li kien Surmast f’waħda mill-iskejjel tal-Vatikan, skola sponsorjata minn skejjel ġewwa Ruma. L-iskola hija Istitut Edukattiv tal-Knisja Privata mexxi minn staff professjonali (52 impjegat) taħt it-tmexxija tal-Principal preżenti Mrs. Marie Midolo. L- iskola tipprovdi s-servizz għal qabel il-Primarja, għal livell Primarju u livell Sekondarju li twassalhom għall-eżamijiet tal-Matrikola. Is-Sezzjoni Primarja tilqa’ fiha kemm bniet u kemm subien iżda fil-livell Sekondarju tilqa’ biss fiha bniet. L-iskola għandha fiha 700 student.
L-iskola tgħallem billi timxi fuq il-passi tradizzjonali tagħha għalkemm li dejjem ikollha ideat moderni x’toffri fil-valuri u f’għerf, biex tgħinhom jiżviluppaw is-smiegħ tagħhom għal ċittadini Maltin. Ġie mtella bini ġdid għall-iskola ġewwa Pembroke u l-iskola ħadet l-isem ġdid ta’ “The Institution of St. Cathrine’s High School” fl-14 ta’ Jannar, 1991. L-istituzzjoni tinkorpora fiha żewġ membri fundatriċi, l-bord ta’ l-Administrazzjoni, li jikkontrollaw il- Finanzi u Kunsill ta’ l-iskola li għandhom ħafna esperjenza fil-qasam edukattiv.
|
|