English
Pembroke Local Council
  
  

Sprachcaffe Language School

sprachcaffe_language_schoolKumpless li jinsab fil-qalba tal-villaġġ storiku ġewwa Pembroke, li joffri kull ma jried lill-istudent li qiegħed jivjaġġa, kemm fuq studju u kif ukoll għall-mistriħ. Ejja nagħtu ħarsa lejn in-naħa ta’ l-affarijiet ta’ l-istudju, għandna klassijiet ġodda u mdawlin ħafna. Fix-xhur tas- Sajf, joħorġu l-klassijiet barra. L-għalliema huma kollha kwalifikati u għandhom id-degrees meħtieġa mid-dipartiment ta’ l-edukazzjoni, dan il-livell huwa milħuq minħabba l-korsijiet li nagħmlulhom kull sena. Aħna noffru kull tip ta’ edukazzjoni kemm klassi u kif ukoll privat, minn konversazzjonijiet sa suġġetti speċjaliżżati.

  
sprachcaffe_language_schoolsprachcaffe_language_school

  
Il-ħin ta’ pjaċir tiegħek tista’ timliħ billi tmur fejn il-pool jew tipparteċipa f’xi waħda mill- ħarġiet kulturali li tingħata nformazzjoni ġenerali dwar il-post. Aktar minn hekk aħna noffru attivitajiet ta’ filgħaxija li jinkludu ikel, mużika, divertiment u gost ġenerali. Il-kumpless huwa magħmul minn 3 bini verament antiki li kienu jintużaw bħala kwartieri tas-suldati Ingliżi. Dawn ġew mibdula f’appartamenti għal l-istudenti, b’għamara ta’ still tipiku Malti. Tista’ tagħżel li toqgħod għand xi familja u vera tiġi parti mill-ħajja ta’ kulljum tal-Maltin. Aħna għandna ħafna familji li lesti li jilqawkom ġewwa darhom, li kollha kemm huma joqgħodu ftit il-bogħod minn Sprachcaffe. Nisperaw li nisimgħu minn għandkom fil-futur u nħarsu l-quddiem biex narawkom tipparteċipaw, f’dak li l-aktar japplika għalikom!!!!

Itla 'l fuq

Pembroke_Local_Council
Pembroke_Local_Council
 Skola Primarja - Kulleġġ Santa Klara | Verdala Int. School | Sir Adrian Dingli Girls' J. L.  | St Catherine | Sir Luigi Preziosi Girls Sec. School | St. Patricks Craft Training Centre | Sprachcaffe Language Schools | San Miguel Special School | M.U.S.E.U.M. 
Pembroke_Local_Council
| © Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| CIMU |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.