 Triq A.N.Z.A.C., Pembroke, STJ 07 – MALTA Tel: +356 2137 4224 Fax: +356 2137 3763
E-mail: sanmiguel.sns@gov.mt
San Miguel tilqa’ fiha studenti b’diżabilitajiet severi (PMLD). Bħalissa, 46 student bejn it-3 u l-20 sena qed jieħdu għadd ta’ servizzi professjonali f’din l-iskola.
L-iskola temmen li kull student/a għandu/ha l-ħila li j/titgħallem u għalhekk hu/hi għandu/ha d-dritt għall-edukazzjoni msejsa fuq il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali. L-iskola tħeġġeġ ħafna attivitajiet barra mill-iskola. Qed isir ukoll programm ta’ transizzjoni għal dawk l-istudenti li jkunu għalqu t-tmintax-il sena.
L-iskola għandha l-faċilitajiet tal-Hydrotherapy Pool u tal-Visual Room. L-iskola toffri servizzi oħra bħalma huma l-fiżjoterapisti, l-ispeech therapists u l-għalliema peripatetiċi tal-Mużika u ta’ l-Arti, kif ukoll ta’ l-Edukazzjoni Fiżika.
San Miguel taħdem bi sħab ma’ skejjel oħra. Il-Kulleġġi ta’ San Alwiġi u Stella Maris jżuru l-iskola tagħna fuq bażi regolari u jgħinuna waqt l-attivitajiet kollha li jsiru matul is-sena.
Kull sena, fil-bidu tat-tieni term, isiru konferenzi fejn dawk kollha li jaħdmu mat-tfal jiġu mitluba biex jagħmlu rapport. L-importanza tal-preżenza tal-ġenituri f’dawn il-laqgħat hi enfasizzata. Fejn hu possibli, l-istudenti nnifishom jidħlu f’dawn il-laqgħat biex huma wkoll jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat biex huma wkoll jieħdu sehem f’dan il-programm li jkun qed jitfassal għalihom. Wara l-konferenza, joħroġ rapport dettaljat bl-għanijiet kollha mniżżla sabiex, il-programm edukattiv (IEP) ikompli wkoll fid-dar u tintbagħat kopja lill-ġenituri.
Il-ġenituri huma nvoluti bis-sħiħ fl-iskola tagħna. Laqgħat kemm fl-iskola kif ukoll barra mill-iskola jsiru b’mod regolari għall-ġenituri. L-għan ewlieni hu li l-ġenituri jħossuhom importanti fl-edukazzjoni ta’ wliedhom. Il-ġenituri jiġu megħjuna biex isiru jafu x’riżorsi hemm fl-iskola u l-użu tagħhom, biex b’hekk huma stess ikunu jistgħu jagħmlu użu minnhom mat-tfal tagħhom, fl-iskola.
|