Il-Ħames elezzjoni saret nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu 2005 fejn ħarġu jivvutaw 68% tal-popolazzjoni w ikkontestaw għaxar kandidati. Ġew eletti Joseph Żammit, Raymond Mizzi w Alfred Mazzitelli f’isem il-Partit Laburista u Ray Pace w Evelyn Vella Brincat f’isem il-Partit Nazzjonalista. Il-Kunsilliera l-ġodda ħadu l-Ġurament tal-ħatra nhar it-Tlieta 29 ta’ Marzu 2005 għal perjodu ta’ tlett snin u fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill li saret nhar l-Erbgħa 7 t’April 2005, Joseph Żammit nħatar Sindku waqt li Raymond Mizzi nħatar Viċi Sindku.