English
  
Segretezza Personali
Nixtiequ nirringrazzjawkom talli żortu l-www.Pembroke.gov.mt

1.0 Il-Politika tal-Privatezza

Ahna mpenjati lejn il-protezzjoni tal-privatezza tal-viżitaturi tagħna u ma niġbru ebda informazzjoni personali dwarkom sakemm intom ma tipprovduhielniex volontarjament. Kwalunkwe informazzjoni personali li intom tikkomunikaw lilna tinżamm fi hdan Pembroke.gov.mt innifsu skond l-att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.

2.0 L-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001

L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 għadda fl-14 ta' Diċembru 2001 u t-taqsima li tikkonċerna l-ħatra tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data u t-Tribunal ta' l-Appelli tal-Protezzjoni tad-Data giet fis-seħħ mit-22 ta' Marzu 2002. Għalhekk aħna nikkunsidraw li għandna dmir legali biex nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe nformazzjoni personali li niġbru mingħandkom u dan id-dmir nirrispettawh. Nieħdu s-salvagwardji kollha neċessarji biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandkom bhala viżitaturi, lil xi parti terza jew Dipartiment tal-Gvern sakemm intom ma tagħtuniex il-kunsens taghkom.

3.0 Informazzjoni Miġbura

Bħala viżitatur, niġbru tlett tipi ta' nformazzjoni dwarek: Informazzjoni dwar kuntatt jew feedback; Informazzjoni dwar id-download tal-webpage; Informazzjoni dwar l-użu tas-Sit.

3.1 Il-Kuntatt jew il-Feedback

Meta timla l-formola dwar il-paġna ta' "AGĦMEL KUNTATT MAGĦNA" jew "KUMMENTI", ahna nużaw l-informazzjoni personali sottomessa fil-formola biss biex nirrispondu għall-messaġġ tieghek. Din l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar milli neċessarju u titħassar la darba l-ħtiega tal-feedback tintlaħaq.

3.2 Informazzjoni dwar id-Download

Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru u naħżnu l-informazzjoni li ġejja li mhix personali: Il-webpage jew download mitluba; Jekk it-talba kienitx ta' suċċess jew le; Id-data u l-ħin meta int għamilt access ghas-sit; L-indirizz ta' l-Internet tal-web site jew l-isem tad-dominju tal-kompjuter li minnu int għamilt aċċess ghas-sit; Is-sistema ta' operazzjoni tal-magna li qed tmexxi l-web browser tiegħek u t-tip u l-verżjoni tal-web browser tiegħek. Jekk jogħgbok innota li din l-informazzjoni hija strettament biss għall-użu ta' Pembroke.gov.mt u mhix maqsuma, mikrija, jew mibjugħa fi kwalunkwe mod lil xi organizzazzjoni ohra.

3.3 L-uzu ta' l-Informazzjoni mis-Sit

pembroke.gov.mt jikkreja "cookies" ghal kull sessjoni meta inti zzur il-web site taghna. Dawn il-cookies jahznu informazzjoni li hi mibghuta lill-browser tieghek - flimkien ma' web page meta inti taghmel access ghall-web page. Il-browser tieghek jirritorna l-informazzjoni dwar il-cookie biss lid-dominju li minnu l-cookie origina, jigifieri pembroke.gov.mt u ebda web site iehor ma jista' jitlob din l-informazzjoni. Meta inti tirritorna ghal www.pembroke.gov.mt, il-cookie jerga' jintbghat lill-web server, flimkien mat-talba l-gdida tieghek.

4.0 Links għal Web Sites oħrajn

Is-Sit tagħna għandu numru ta' links għal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħrajn. Hemm xi każijiet, għall-benefiċċju tal-viżitatur, fejn jista' jkun meħtieg li ahna noħolqu link għal web sites oħrajn ta' organizzazzjonijiet oħrajn wara li jinġieb permess mingħandhom rispettivament. Huwa mportanti għalik li tinnota li malli tagħmel link ghal sit ieħor, inti m'għadekx fis-sit tagħna u ssir soġġett għall-politika privata tas-sit il-ġdid.

5.0 Aċċess għall-Informazzjoni tiegħek

Inti tista' titlobna fi kwalunkwe ħin liema nformazzjoni dwarek hija effettivament miżmuma, jekk hemm, f'dak il-ħin partikolari. Inti għandek id-dritt li xi affarijiet dwarek li mhumiex ezatti jigu kkoreġuti u meta applikabbli mħassra, jekk ma jkunux diga mħassra.

6.0 Bidliet għal din il-Politika Privata

Jekk ikun hemm xi bidliet għal din il-Politika Privata, aħna nissostitiwxxu din il-paġna b'verżjoni aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek stess li tiċċekkja l-paġna tal-"Politika Privata" kull meta tagħmel aċċess għall-web site tagħna sabiex tkun konxju ta' xi tibdiliet li jistgħu iseħħu minn żmien ghal żmien. Ottubru 2004

Itla 'l fuq

 Pembroke Dock Wales | Pembroke Town Wales | Roccalumera 
Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002
Disclaimer (Malti)
Segretezza Personali
Għajnuna
Mistoqsijiet
CIMU
GOV.MT
Created by Liquid Studios Ltd.