English
  
Mistoqsijiet

1. Fejn jinsab Pembroke
2. Għala Pembroke
3. X'kien l-oriġini ta' Pembroke
4. X'inhuwa l-Kunsill Lokali Pembroke

1. Fejn jinsab Pembroke?

Pembroke, li huwa wieħed mil-aktar bliet ġodda f’Malta, imiss mal-Baħar Mediteran u huwa vicin il-lokalitajiet ta’ San Ġiljan, Swieqi u Baħar ic-Cagħaq. Għandu daqs ta’ 2.3 km kwadri u huwa 6km l’bogħod minn Valletta – li hija l-Belt Kapitali ta’ Malta, kif ukoll 12km il-bogħod mil-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Uffiċċjalment fil-31 ta’ Marzu 1999 il-popoluzzjoni kienet ta’ 2650, 51.3% maskili filwaqt li 48.7% huma femminili. Huwa stmat li fil-futur il-popolazzjoni għandha tlaħħaq mas-7,000 persuna u dan wara li jsir l-iżvilupp propost.

Lura l'fuq

-----------------------------------------------------------------------
2. Għala Pembroke?

Pembroke huwa msemmi wara 12 il-Earl ta’ Pembroke li kien is-Segretarju tal-Gwerra fi żmien l-Imperu Ngliż lura fl-1859.

Lura l'fuq

-----------------------------------------------------------------------
3. X’kien l-oriġini ta’ Pembroke?

Pembroke jaf l-oriġini fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalem li bnew żewġ Torrijiet biex iħarsu l-kosta ta’ Malta liema tnejn jinsabu fil-konfini tal-lokalita’. Dawn it-torrijiet kienu l-ewewl linja ta’ difisa għall-Port il-Kbir u dan minnħabba l-pożizzjoni strateġika tal-post ta’ Pembroke. Ta’ min jinnota li s-Servizz Ingliżi għarfu jistruttaw u kien strumentali sabiex jiżviluppaw il-fortifikazzjonijiet f’Pembroke. L-ewwel barraki f’Pembroke inbnew bejn 1859 u 1862 u ssemmew għall-Patrun ingliż – San Gorġ. Barrakki oħra li nbnew wara ssemmew wara l-patruni ta’ l-Irlanda u dak ta’ l-iSkozka – San Patrizju u Sant Andrija. Il-Fortizza ta’ Pembroke inbniet bejn 1875 u 1878 liema Fortizza kellha żewġ għanjiet li kienu sabiex tissalvagwardja l-għadu mill-baħar milli jersaq lejn il-Port il-Kbir kif ukoll sabiex tiddefendi l-Victoria Lines li jinsabu fuq in-naha tax-xellug tal-lokalita’. Wara l-bini tal-Fortizza nbiet ukoll il-Batterija ta’ Pembroke liema bini sar bejn l-1897 u 1899 liema bini kellu l-istess għan ukoll.

Diversi reġimenti servew f’Pembroke u l-aħħar suldati ħallew Pembroke fl-1979 u dan meta Malta ħadet il-Ħelsien u telqu l-aħħar suldati minn Malta. Priġunieri tal-Gwerra Ġermaniżi li matul it-Tieni Gwerra Dinjija, kienu jinżammu f’Pembroke, bnew kapella żgħira li kienet ta’ servizz għall-militar ingliż. Ladraba s-Servizzi Ngliżi ħallew Malta, l-art kollha li kien xtara s-Servizz, għaddiet għand il-Gvern Malti. Għal xi żmien il-bini tħalla vakant iżda fl-1983 b’dikriet fil-Parlament Malti ġie stabbilit li Pembroke jingħata għarfien uffiċċjalment bħala lokalita’ kif ukoll li l-Barakki li tħallew vojta mis-Suldati ngliżi ġew konvertiti f’akkomodazzjoni soċjali u b’hekk l-ewwel ċittadini Maltin bdew jabitaw f’Pembroke. Fl-istess perjodu l-Gvern Ċentrali nieda skema fejn biċċiet t’art inxtraw minn Maltin stess biex jibnu djarhom. Fiż-żmien li ġej huwa previst li jkun hawn influss ta’ residenti ġodda fil-lokal u dan minnħabba l-iżvilupp li qed isir.

Lura l'fuq

-----------------------------------------------------------------------
4. X’inhuwa l-Kunsill Lokali Pembroke?

Permezz ta’ l-Att dwar il-Kunsill Lokali (1993) Pembroke kien wieħed minn fost 68 lokalita’ oħra madwar Malta li ngħata l-faċilita’ li jkollu l-Kunsill tiegħu. L-ewwel elezzjonijiet saru nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu 1994. Il-Kunsill Lokali Pembroke huwa l-Gvern Lokali responsabbli minn diversi affarijiet fosthom iż-żamma u l-manutenzjoni tal-lokalita’. L-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill jinsab fi Triq Alamein. F’kull elezzjoni li ssir kull tlett snin ir-residenti jeleġġu ħames Kunsilliera li wara l-istess Kunsilliera jeleġġu minn fosthom lis-Sindku u lill-Viċi Sindku li huwa flimkien ma’ sħabhom il-Kunsilliera huma responsabbli mit-twettieq ta’ policy għall-lokalita’.

L-eżekuzzjoni tal-policies tal-Kunsill jitwettqu mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill bl-għajnuna ta’ l-iskrivani mpjegati mill-Kunsill.

Lura l'fuq

-----------------------------------------------------------------------

Itla 'l fuq

 Pembroke Dock Wales | Pembroke Town Wales | Roccalumera 
© Drittijiet - Kunsill Lokali Pembroke 2002
Disclaimer (Malti)
Segretezza Personali
Għajnuna
Mistoqsijiet
CIMU
GOV.MT
Created by Liquid Studios Ltd.